Klabb NannaKola Club

 

Grannies & Grandpas - a participatory learning experience and support
for grandparents in charge of young children

Jitgħallmu magħna n-Nanniet li jieħdu ħsieb in-neputijiet

 

...  

 

 

Il-Klabb Nannakola bhalissa fi 3 Parrocci

Rapport għall Ottubru 2009 minn Emma Pulis Facilitatur, Klabb Nannakola

B'KARA (Parrocca Santa Liena): Fl-20 t'Ottubru tnieda Klabb Nannakola gdid go din il-parrocca. Il-Prepostu, il-Kanonku Dun Anton Cassar, ha interess kbir tant li hadem mill-qrib ma' voluntieri dedikati sabiex dawn jitrawmu fl-iffacilitar tal-Klabb mal-haddiema tal-Fondazzjoni Tony u Emma Pulis, nanniet huma wkoll li jiehdu sehem ulied uliedhom mizzewga. B'hekk, darb'ohra jkunu f'qaghda li jmexxu huma stess. Qed jiehdu sehem 17-il nanna u nannu. Hemm ohrajn interessati u se jinghaqdu mal-grupp dalwaqt.

Uhud mill-kummenti tan-nanniet Karkarizi dwar il-laqghat mimlija hajja u diskussjoni jinkludu dawn:

  • - nisma' u nhossni komda nesprimi ruhi
  • - qed jghinni hafna li kulhadd jghid tieghu u jifhem lill-haddiehor
  • - hadt gost niehu sehem attiv fil-Workshop
  • - nifrah li nista' nitkellmu u nisma' wkoll bi problemi ta' ohrajn simili ghal tieghi
  • - ikollna cans niddiskutu flimkien hafna punti li jolqtuna
  • - naqsmu diversi hsibijiet ma' l-ohrajn bla biza' jew misthija
  • - diskussjoni fi grupp toghgobni hafna
  • - qed niltaqa' ma' nies li jinsabu fl-istess cirkustanzi tieghi
  • - dal-progett tal-parrocca interessanti
  • - tant ghandna xi nghidu li ghandna l-habta nitkellmu f'daqqa. Ahjar nitkellmu wahda wahda
  • - napprezzaw it-te li toffrielna l-parrocca u l-files u l-handouts
  • - naghti l-opinjoni tieghi fuq hwejjeg li niltaqghu maghhom ahna n-nanniet
  • - ma nibdel xejn ghax kollox joghgobni
  • - kuntenta b'dak li jsir
  • - apprezzajt id-diskussjoni fuq l-emozzjonijiet ghax dawn huma reali fil-hajja ta' kulhadd
  • - naqsmu flimkien kemm il-ferh kemm ukoll in-niket taghna
  • - sejrin tajjeb!

Bhala temi ghal-laqghat li jmiss, in-nanniet Karkarizi semmew: il-Familja, il-Familja u kif nitrazmettu l-valuri, x'naghmelu meta niffaccjaw imgieba li nhossu mhix accettabbli, l-emozzjonijiet differenti li nhossu, id-dixxiplina, l-istress u kif nghinu ruhna biex ma ninbelghux minnu, il-komunikazzjoni ma' uliedna l-kbar, il-privatezza u l-konfidenzjalità personali, id-dieta bbilancjata. Aktar 'il quddiem hemm il-hsieb li jigu mistiedna Social Worker u Counsellor biex jitkellmu man-nanniet.

F'Haz-Zabbar (Parrocca Madonna tal-Grazzja): il-Kappillan Dun Bastjan Caruana dawn l-ahhar xhur hadem mal-Kummissjoni Familja u l-Fondazzjoni sabiex jinbeda klabb f'din il-parrocca wkoll. Dan se jitnieda gimgha ohra fis-6 ta' Novembru. Digà hemm interess qawwi u nittamaw li nkomplu nahdmau aktar mill-qrib ma' din il-parrocca li ghandha tant rizorsi kif ukoll htigijiet socjo-edukattivi.

Wied il-Ghajn (Parrocca Sant'Anna) : Bis-sahha tal-interess li juri l-Kappillan Dun Walter Cauchi, inbeda dan il-klabb ghat-tieni darba. Qed tmexxih Josephine Chetcuti, voluntiera mill-parrocca stess li kienet ghalliema u Assistant Kap tal-iskola primarja ta' Wied il-Ghajn stess. Il-Klabb wasal fil-hames gimgha tieghu. Qed jassistu lil Josephine Chetcuti, Emma u Tony Pulis. Fl-ahhar laqgha rajna siltiet mill-Film Fireproof b'diskussjoni immexxija mill-Moviment ta' Kana. Kellna diskussjoni interessanti dwar il-komunikazzjoni miftuha u hajja bejn il-koppju u l-irwol tan-nanniet li bl-imgieba u azzjoni pozittiva jistghu jghinu biex isalvaw zwieg.

Il-FORUM tan-Nanniet : Dan il-Forum twaqqaf aktar kmieni din is-sena minhabba l-interess kbir li wrew in-nanniet ta' Hal Tarxien u ta' Rahal Gdid wara li l-klabb taghhom intemm. L-ghan ewlieni ta' dan il-Forum hu li n-nanniet jibqghu jiltaqghu darba fix-xahar biex jidjalogaw ma' esperti minn oqsma differenti ta' interess ghan-nanniet li jixtiequ jkomplu jitghallmu. Waqafna ghax-xahrejn tas-sajf u ser nergghu niltaqghu fic-Centru Andita fit-12 ta' Novembru fid 9.30 ta' filghodu. Din il-laqgha se tikkonsisti fi djalogu ma' Counsellor. Ghal dan il-Forum jistghu jiehdu sehem nanniet minn kwalunkwa parrocca. Fil-fatt, it-Taqsima tad-Djakonija tal-CARITAS Malta tghaddi l-invit ta' kull xahar lill-kull Kummissjoni Djakonija stabbilità.

Fleur-de-Lys (Parrocca Madonna tal-Karmnu): il-Kappillan ta' din il-parrocca, Patri Joe Saliba OCarm esprima interess li jibda din l-inizjattiva fil-parrocca. Se jinbdew diskussjonijiet il-gimgha li gejja.

Paola (Parrocca ta' Kristu Re): L-Arcipriet Dun Vincenz Cachia jixtieq li jinbeda klabb iehor. Ghaldaqstant, flimkien ma' Pauline Sammut, voluntiera mal-Kummissjoni Djakonija u ex-ghalliema, gie pjanat li jinbeda t-tieni klabb fil-bidu ta' Frar 2010, 3 xhur ohra.


Calling Gramps !

Are you a granny or grandpa who has to care for young grandchildren ? Are they a little too much of a good thing for you? Want to know how keep them interested and stimulated and learning? Want some support from others like you?

Contact the Administrator of the Foundation at Centru Antida here.

 

 

Nannakola Club… for Grandparents responsible for childcare

Club being replicated in other parishes with SJAF assistance - call 21808981

The St. Jeanne Antide Foundation (SJAF) in collaboration with Marsascala Parish church is once more holding the ‘Nannakola Club' during the coming months. Grandparents facing the challenges of caring for a second family can get some needed assistance in meeting those challenges through this club.

After having successfully carried out the first Nannakola club in Tarxien, the first of its kind in Malta , SJAF would now like to extend this opportunity to other parishes. The club was started in response to the growing concern from many grandparents who are providing childcare that felt the need to become more knowledgeable about many aspects that concern the development of their grandchildren. It aims to provide participants varied opportunities to share and celebrate experiences, good practices and provide a forum for exchanging new and fresh ideas. The club offers workshops, seminars and opportunities to have fun together. Throughout the sessions the participants discuss the implications of raising grandchildren, and engage in dialogues that promote understanding of issues dealing with raising grandchildren. The sessions are designed by grandparents and specifically address issues that grandparents raising their grandchildren face daily, including such topics as stress, discipline, support, intra-inter personal communication, school issues and behaviour.

Participants are helped to reflect on their current practices and attitudes and implement appropriate practices that ensure the quality of life and well-being of old and young persons in our society. Grandparents who are in full time care of their grandchildren have the opportunity to share common issues, and simultaneously learn about child care and parenting education. Grandfathers should be encouraged to be a part of the planning and participation.

One of the participants of this club declared, “I really enjoyed this club, because I learnt many things that had never crossed my mind before. It made me feel young once more, because I can empathise more with my grandchildren. The fact that we meet here collectively has made us grow closer together as a small community and we learn from each other's experiences and grow together in our knowledge of how to help our grandkids”.

Nannakola club is organised by Saint Jeanne Antide Drop-In Centre in Tarxien. The foundation is inviting grandparents wishing to attend the upcoming clubs to book in advance. For further details and information call 21808981 If you want to set up a club in your Parish, phone 21808981.

 

 

 

 

Appoġġ għan-Nanniet li jieħdu ħsieb in-Neputijiet


The attached short article aboout the NannaKola Club appeared in the centre pull-out Tarxien Parish section of the May issue of the FLIMKIEN magazine published by the Archbishop's Curia.

F'Ħal Tarxien dan l-aħħar żviluppat inizjattiva ġdida ta' appoġġ. Din l-inizjattiva ħadet bixra ta' Klabb innovattiv li jiġbor fih tagħlim, logħob, tisħiħ ta' ħiliet, diskussjoni u fuq kollox trawwim ta' ħbiberija.

Bl-isem ta' Klabb NannaKola , dan il-grupp t'appoġġ twieled minn diskussjoni li saret bejn il-Pirjol ta' l-Agostinjani – Fr Franco Grech – u l-kap tal-Fondazzjoni Santa Giovanna Antida – Nora Macelli. Id-diskussjoni kienet tirrigwarda ħtiġijiet fil-parroċċa ta' Ħal Tarxien. Instab li fil-lokal hemm numru kbir ta' nanniet, nisa u irġiel, li qed irabbu n-neputijiet fuq bażi regolari biex jagħmluha possibbli għal uliedhom u żwieġhom biex jibqgħu jaħdmu t-tnejn. L-isfidi ta' dawn in-nanniet huma kbar speċjalment meta wieħed iqis li, flok irtirar u tnaqqis t'attivitajiet frenetiċi, bdew irabbu mill-ġdid.

Il-klabb inbeda fl-aħħar ta' Jannar u qiegħed jindirizza l-esiġenzi u l-bżonnijiet ta' nanniet li għandhom rwol ewlieni ta' l-indukrar tan-neputijiet. It-tim ingaġġat mill-Fondazzjoni Santa Giovanna Antida għażel l-isem NANNAKOLA minħabba li l-kelma NANN mill-ewwel turi l-kuntest ta' dan il-klabb. Minbarra dan, NANNAKOLA tfisser ukoll ‘ N anniet A kkaniti N għożżu lin- N eputijiet, Nrawmu A ttidunijiet pożittivi b' K unfidenza u O ttimiżmu permezz ta' Logħob edukattiv u A ttivitajiet'.

Fl-ewwel laqgħa in-nanniet iddiskutew il-ħiliet li xtaqu jkomplu jiżviluppaw matul il-ħajja tal-Klabb. Issemmew bosta temi fosthom: it-trawwim ta' relazzjonijiet bejn in-nanniet u n-neputijiet, it-tisħiħ tar-relazzjonijiet ma' l-ulied adulti; l-i stress , is-saħħa; il-komunikazzjoni u dixxiplina; fehma akbar ta' l-emozzjonijet u xi jqanqluhom, ħolqien ta' riżorsi edukattivi forma ta' logħob u attivitajiet.

Fuq suġġeriment tal-parteċipanti stess, kull laqgħa tibda b'talba. Matul il-laqgħat, ikun hemm mumenti meta l-parteċipanti jħossuhom komdi jiftħu qalbhom u jirrakontaw l-esperjenzi tagħhom f'atmosfera ta' rispett u konfidenzjalità. Ma jonqsux ukoll mumenti ta' daħk u logħob li dejjem ikollhom messaġġ aħħari. Attività favorita hi il- Crafts għax toħroġ il-kreattività u l-kapaċità tal-parteċipanti li b'entużjażmu kbir dejjem ifittxu li jippruvaw il-kampjuni malli jaslu d-dar.

Minbarra li jkunu qed jieħdu gost joħolqu xi ħaġa flimkien, in-nanniet u n-neputijiet ikollhom ċans jagħmlu affarijiet flimkien ukoll. Mhux l-ewwel darba li l- Crafts li għamlu n-nanniet u n-neputijiet sebqu lill-kampjuni! Il-preżenza tat-tfal tgħin sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Klabb. Patricia, li taħdem mat-tfal waqt li n-nanniet isegwu l-ewwel parti tal-Klabb weħidhom, dejjem toħloq attivitajiet addattati għall-etajiet u l-gosti tat-tfal permezz ta' mużika, tpinġija, logħob u Crafts .

L-entużjażjmu kiber minn laqgħa għall-oħra. Il-grupp imdaqqas jgħin biex jinbena spirtu ta' familja, tant li issa li dan l-ewwel Klabb wasal biex jitemm, qiegħed jinħass li se jkun hemm vojt fil-ħajja tal-parteċipanti.

Huwa ttamat li fil-futur, ikun hawn talba akbar għal dan il-grupp t'appoġġ differenti.

Urieth Aquilina u Emma Tony Pulis (Nanniet ta' 6!)– Faċilitaturi ta' Klabb Nannakola

Għal aktar tagħrif ċempel 21808981 jew ibgħat email: miriam.sjaf@gmail.com

 !  From the Newsletters

 


Kaxxa Krafts

Borża-Pupazz

Ghandek bzonn:

Borza tal-karti
Bicciet tal-kartoncin
Kolla
Imqass
Kuluri jew markersż
Itwi mal- linji biex tifforma ir-ras
ta l-annimal .

Immarka fejn ser jigu l-ghajnejn u l-imnieher.

Aqta' par widnejn fil-forma li jidher, par ghajnejn bojod u habba sewda li tkun ftit izghar kif jidher, l-imnieher abjad b'cirku iswed fil-ponta, u lsien ahmar li twahhlu min taht gol-halq dejjem kif jidher fl-istampa.

Wahhal bil-kolla l-habba ta' l-ghajn sewda fuq l-abjad tal-ghajn u wahhal mal-genb ta l-imnieher fejn hemm il-parti tar ras.

 

 

Dixxiplina Pozittiva
man-Neputijiet

Meta tikkoregi lin-neputijiet zomm f'mohhok:

• Fahhar lit-tfal u ghannaqhom ghall-imgieba tajba. Meta tippremja mgieba tajba ahjar milli tikkastiga.

•  Qatt tikkoregi billi terfa' jdejk.

•  Aghti ezempju tajjeb. It-tfal jitghallmu billi jimitawk. Aghllem il-manjieri tajba billi tuza l-edukazzjoni. Ghid “grazzi” u “jekk joghgbok” quddiem it-tfal.

•  Kun af dwar imgieba li ghandek tistenna f'etajiet differenti. It-tfal taht is-sentejn jaghmlu ‘tantrums'; ta' tliet snin ikollhom hafna energija. Dixxiplina li tuza' mal-kbar mhux necessarjament tahdem maz-zghar.

•  Isma' lit-tfal. Irrispetta l-ideat taghhom u ipprova poggi lilek innifsek minflokhom.

Urieth