SJAF Home / About the SJA Foundation / Meet the Sisters
Hidma favur il-Foqra madwar id-Dinja
- il-Magazin internazzjonali tas-Sorijiet tal-Karità
F'kemm-il pajjiz jaghmlu xoghol ta' zvilupp socjali u spiritwali s-Sorijiet tal-Karità ta' Santa Giovanna Antida? X'hidma fejjieda qed jaghmlu b'risq nies vulnerabbli? Kif qed jahdmu id f'id mal-lajci f'27 pajjiz mad-dinja? X'inhi l-karizma ta' Santa Giovanna Antida li tispira u tixpruna inizjattivi li jtejbu l-kwalità tal-hajja ta' nies mahqura u mwarrba f'tant pajjizi?
Dawn huma ftit biss mill-mistoqsijiet li ghalihom issib risposti fil-Magazin internazzjonali gdid mahrug mill-ufficcju internazzjonali tas-Sorijiet tal-Karità ta' Santa Giovanna Antida bl-isem ta' Partout dans le Monde (kullimkien madwar id-dinja). Mahrug bi tliet lingwi – l-Ingliz, it-Taljan u l-Franciz – il-magazin hu mahsub ghal zghazagh u adulti li huma mhassba dwar it-taqlib u faqar fid-dinja u jinteressahom ikunu jafu x'qed isir b'mod konkret biex il-foqra wkoll johorgu mill-inkubu ta' tbatija u jasar.
Ezzat huwa zghazugh Egizzjan ta'16-il sena li jghix fit-triq. Jghix hajja iebsa hafna u vjolenti. Hafi u b'xahru mqanfed, Ezzat iqatta' l-jum jipprova jbigh imkatar tal-karti fil-metro u jhuf 'l hawn u 'l hinn jinbex u jahqar tfal u studenti kif jiftillu. Ezzat hu wiehed minn numru kbir ta' tfal u zghazagh bla dar u bla familja li jghixu fit-toroq. Wahda mill-ikbar sfidi ghaz-zghazagh li jghixu fit-toroq hija l-prezenza ta' traffikanti tal-organi li joffrulhom somma flus biex ibighulhom organu. Hafna jaccettaw bil-konsegwenzi koroh ta' infezzjonijiet u wkoll mewt wara l-operazzjoni.
Ezzat kien ghoddu accetta li jbigh organu meta fl-istess zmien inzerta ltaqa' ma' voluntieri minn ghaqda volontarja li tahdem ma' tfal u zghazagh li jghixu fit-toroq. Din l-ghaqda qed tikkumbatti t-traffikanti tal-organi billi tispjega l-konsegwenzi koroh tal-bejgh ta' l-organi u toffri tahrig iehor sabiex min jghix fit-triq jikseb hiliet li jghinuhom ikampaw u jsibu mezz iehor ta' kif jaqalghu l-hobza ta' kuljum. L-Egittu huwa r-raba' pajjiz, wara c-Cina, il-Filippini u l-Indja, fejn it-traffikar ta' l-organi huwa organizzat u b'sahtu.
F'Nice, fi Franza, Sr Olga soc, zewg sorijiet shabha tal-Karità u 20 voluntieri imexxu Soup Kitchen ghal numru kbir ta' nies li jghixu fit-toroq. Dan l-ahhar, flimkien mas-Socjetà ta' San Vincenz De Paule, irrangaw centru kbir biex jilqa' numru akbar ta' nies bil-guh, bil-ghatx u bla saqaf fuq rashom, f'ambjent li jilqghek u dinjituz. Ta' kuljum, huma jiltaqghu ma' Gesù f'ghajrhom bla sahha, morda, mahmugin, miflugin, u mifnija b'hajja kiefra u bla dinjità.
F'Italja tat-tramuntana, Casa di Fuga Jasmine tilqa' nisa minn pajjizi bhan-Nigerja, il-Moldovia, ir-Russia, l-Ukraina, u l-Brazil li gew traffikati fis-suq tal-esplojtazzjoni sesswali tal-bnedmin. Sorijiet tal-karità, flimkien ma' organizzazzjonijiet ohra, imexxu din id-dar ghal nisa li jaharbu minn din il-hajja perikoluza ta' jasar. Hawn iqattghu zmien qabel ma jidhlu fi programm ta' harsien skont il-ligi Taljana.
Dawn huma ftit mill-qaghdiet ta' faqar u inizjattivi favur il-foqra li wiehed jista' jaqra dwarhom fil-magazin internazzjonali gdid Partout dans le Monde (kullimkien madwar id-dinja).
Partout dans le Monde johrog 3 darbiet fis-sena ghall-prezz ta' €15 biss jew €20 ghal min jixtieq jaghti dik ix-xi haga izjed biex jghin l-inizjattivi tal-kongregazzjoni. Kull harga tiffoka fuq tema. Il-harga numru wiehed ta' din is-sena taghti harsa lejn il-vjolenza li qed naraw madwarna, kemm fuq livell ta' pajjizi, kif ukoll fuq livell personali. Esperti f'dan il-qasam jfissru x'iwassal ghall-vjolenza u gwerer u kif id-determinazzjoni ta' kull wiehed u wahda minnha li ma nkunux kagun ta' aggressjoni lejn hadd, lanqas lejna nfusna, huwa l-uniku mezz ta' kif nghinu biex jinbena moviment ta' nies konvinti mill-qawwa ta' stil ta' hajja mhux vjolenti.
Il-magazin fih numru sabih ta' artikli qosra kemm minn sorijiet kemm ukoll minn lajci li jahdmu mill-qrib maghhom. Hemm artikli minn zghazagh li tharrgu biex jaghmlu esperjenza ta' xoghol f'pajjizi fejn hemm hafna faqar. Hemm artikli miktuba minn ghalliema, sorijiet u lajci, li fil-kurrikulu tal-iskola qed jiffukaw fuq il-qaghda ta' tfal foqra li jghixu hajja mqallba li tkexkxek fit-toroq tal-ibliet ewlenin. Ghalliema li jaghtu opportunità lill-istudenti taghhom biex jiltaqghu ma' tfal u zghazagh foqra bla ikel u saqaf fuq rashom sabiex, flok ma jevitawhom u jiggudikawhom, jifhmuhom u jaraw kif jistghu jghinuhom b'mod konkret.
Hemm artikli li jqanqluk u jimlewk b'tama. Fl-Egittu, per ezempju, naqraw dwar it-theddida ghal sahhet u hajjet zghazagh li jghixu fit-toroq minn traffikanti tal-organi li joffru somom ta' flus biex jixtru kliewi u organi ohra. L-artiklu jispjega inizjattivi mittiehda biex, flok ma jiddeciedu li jbieghu organi, iz-zghazagh ikollhom toroq ohra biex jitghallmu u jsibu xoghol li jghinhom jghixu hajja dinjituza.
Fl-Italja, naqraw dwar x'qed jaghmlu s-sorijiet flimkien ma' organizzazzjonijiet ohra sabiex nisa traffikati ghall-esplojtazzjoni sesswali minn Nigerja, mill-Moldavja u mir-Russja, mill-Ukraina u mill-Brazil. Is-sorijiet imexxu dar fejn nisa li jaharbu minn din il-hajja perikoluza ta' jasar, iqattghu zmien qabel ma jidhlu fi programm ta' harsien skont il-ligi Taljana.
Artikli ohra jiffukaw fuq is- Soup Kitchen f'Nice, fi Franza, immexxija minn soru u 20 voluntieri. Insibu artiklu minn zghazugha Taljana li hadmet ghal xahar f'Laguna Naineck fl-Argentina. Naqraw fuq grupp ta' studenti tal-primarja u sekondarja li, flimkien ma' ghalliema u genituri, ghamlu pellegrinagg biex jifhmu ahjar il-vjagg mqanqal ta' hajjet Santa Giovanna Antida li ghexet fil-perijodu imqanqal tar-rivoluzzjoni Franciza. Artikli ohra jiffukaw fuq ic-Chad, l-Indja, il-Pakistan, il-Bolivia, l-Indonesia, il-Cameroon u anka Malta.
Partout dans le Monde huwa siewi hafna ghal kull min qed jahsibha biex iwettaq hidma socjo-pastorali u ta' zvilupp f'pajjiz iehor; ghal gruppi ta' talb taz-zghazagh u adulti; ghall-ghalliema bhala materjal ghal suggetti varji – gografija, studji socjali, PSD , Ingliz, Taljan, Franciz; ghal benefatturi tal-missjonijiet; ghar-religjuzi u gruppi fil-parrocci; ghall-istudenti tal-Università biex jghinhom jirriflettu aktar dwar il-faqar u l-impatt tieghu. Hemm hafna x'wiehed jista' jitghallem, jirrifletti dwaru, jispira ruhu minnu u jimtela b'tama dwar il-kuragg ta' persuni b'fidi u kunvinzjoni qawwija li jiddedikaw hajjithom biex jissieltu kontra l-vjolenza u faqar b'sens ta' moghdrija u mhabba kbira.
Tista' tabbona ghal Partout dans le Monde billi tibghat cekk lis-Sorijiet tal-Karità, 152 Sisters Street, Tarxien. Ghal aktar taghrif, cempel fuq 21694451. Email: segrov@onvol.net


