diskussjoni fil-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Socjali 28 ta' Jannar 2009
Uħud mill-kummenti li l-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali sema' dwar dan is-suġġett kienu dawn:
“...illum id-djar tan-nanniet tbiddlu f' Child Day Care Centres ...”
“...il- workforce ta' pajjiżna ma tistax tkun dik li hi mingħajr is-sostenn tan-nanniet...” “...il-maġġoranza tal-anzjani jgħixu fid-djar tagħhom... fis-sena 2015 hu mistenni li jkun hawn 77,000 persuna li għandhom ‘il fuq minn 65 sena u fis-sena 2050 dan in-numru se jitla' għal aktar minn 100,000...” “....fl-2007, wieħed minn kull ħames persuni kienu anzjani...u 3484-il anzjan kienu f'xi istituzzjoni tal-Istat, Gvern jew privata...” |
![]() |
“...imbierek dak l-anzjan li jsib l-appoġġ meħtieġ fi ħdan il-familja tiegħu stess u dan l-appoġġ ikun mogħti lilu b'sens ta' mħabba...”
Fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta' Jannar 2009, il-Kumitat iltaqa' mal-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani. Tkellmet f'isem il-Kunsill is-Sinj. Helen Borg Bonnici. Hi spjegat lill-Kumitat kif skond statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, in-numru tal-anzjani f'pajjiżna ser ikompli jiżdied. Hija qalet li llum, l-anzjani għandhom rwol importanti fis-soċjetà. Minn kmieni filgħodu l-ġenituri jafdaw il-kura tat-tfal lin-nanniet sabiex ikunu jistgħu joħorġu jaħdmu biex iħallsu l- loans u jlaħħqu mal-ħajja. Ħafna nanniet iwasslu t-tfal għall-iskola, imorru għalihom, itugħhom x'jieklu u saħansitra jgħinuhom fil- homework ukoll.
Għalkemm ikunu kbar fl-età u t-trobbija tan-neputijiet hija xi ftit jew wisq impenjattiva, dan l-impenn jagħmluh bl-akbar għożża. Is-sinj Borg Bonnici sostniet li d-djar tan-nanniet tbiddlu f' Child Day Care Centres . Kien diskuss ukoll ir-rwol akbar tan-nanniet meta l-familja titkisser. Filwaqt li n-nanniet iħossu dispjaċir kbir għas-separazzjoni tat-tfal tagħhom, huma jispiċċaw joffru kemm kenn kemm ukoll sostenn finanzjarju, kemm għat-tfal tagħhom kif ukoll għat-tfal tat-tfal tagħhom.
Dwar il- workforce ta' pajjiżna, intqal ukoll li l-ħaddiema huma appoġġjati mill-forza siekta fil-familja – in-nanniet. Li kieku ma jkunx hekk, il-ġenituri, partikolarment l-ommijiet, ma jkunux jistgħu joħorġu jaħdmu. Però, l-kontribut tal-anzjani u n-nanniet ma jwassalx biss s'hawn. B'eżempju u bil-kliem, l-anzjani jgħaddu lin-neputijiet dawk il-valuri li jkunu trawmu fihom huma. Fost il-valuri l-aktar importanti, issemmew:
Meta l-anzjani jidħlu fil- fażi ta' dipendenza minħabba mard relatat mal-età, l-anzjan ikollu bżonn min jgħinu fl-attivitajiet tal-ħajja sabiex ikompli jgħix fid-dinjità. Minħabba ċ-ċirkustanzi soċjo-ekonomiċi, il-ħin li t-tfal jieħdu ħsieb l-anzjan jew il-ġenituri tagħhom f'dan l-istadju tal-ħajja sar limitat. Madanakollu, meta l-kura tippermetti, l-anzjani jippreferu jibqgħu jgħixu f'darhom fil-komunità milli jidħlu fi djar tal-anzjani. Minkejja is-servizzi tal-Istat fil-komunità |
|
![]() ![]() |
u l-inizjattivi ta' night shelters u sheltered homes , l-anzjani għandhom jibqgħu jingħataw l-għajnuna mit-tfal jew qraba. Imbierek hu dak l-anzjan li jsib l-appoġġ meħtieġ fi ħdan il-familja tiegħu stess speċjalment meta dan l-appoġġ ikun mogħti lilu b'sens ta' mħabba u mingħajr ebda pretensjonijiet ta' flus u obbligazzjonijiet.
Il-qalb tal-anzjan tweġġa' ħafna meta jintebaħ li jkun sar ta' piż għal uliedu. Minn naħa l-oħra, ċertu ulied jaslu biex jieħdu passi tajbin meta jagħmlu arranġamenti bejn l-aħwa sabiex jassiguraw li l-anzjan ma joqgħodx waħdu matul il-lejl. Il-mard u n-nuqqas ta' wens u kumpanija ta' xi ħadd li jafdaw, kemm mill-familja u kemm mis-soċjetà, isarrfu għall-anzjan fi problemi ta' saħħa mentali u fiżiċi. Illum jeżistu wkoll forom differenti ta' vjolenza domestika li l-anzjan jista' jsofri fid-dar minn dawk li jkunu qed jieħdu ħsiebhom. Eżempji ta' dan huma t-testmenti sfurzati, rikatt u s-serq ta' pensjoni. Dan ta' min jikkundannMehuda mill-Istqarrija ghall-Istampa tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (DOI) – 30.01.2009

1. In-Nuqqas tal-Missier, is-separazzjoni u
l-effetti fuq it-tfal
-diskussjoni fil-Kumitat Parlamentaru dwar l-Affarjiet Socjali
Punti li tqanqlu waqt id-diskussjoni tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali fil-21 ta' Jannar 2009 dwar dan is-suġġett mat-Terapista Dr Charlie Azzopardi:
“... għal-kuntrarju li jaħsbu ħafna nies, it-tfal li jesperjenzaw is-separazzjoni tal-ġenituri jibqgħu isofru tul ħajjithom u mhux biss dakinhar li ssir is-separazzjoni...”
“...l-ebda terapija ma tista' ġġib lura l-impatt tas-separazzjoni tal-ġenituri fuq it-tfal..”
“...waqt is-separazzjoni fil-Qrati, it-tfal qed jingħataw b'mod naturali lill-omm, anki jekk il-missier ikollu aktar ċans li jieħu ħsieb lit-tfal mill-omm...”
“...sabiex it-tfal jikbru b'saħħithom, għandhom bżonn il-preżenza taż-żewġ ġenituri, anki wara s-separazzjoni, imma sfortunatament il-kultura Maltija tassoċja t-tfal mal-omm – dan hu ħażin...”
Is-separazzjoni hija proċess li tħalli effett ħażin fuq is-saħħa tat-tfal. Il-ħsara psikoloġika u emottiva tibda minn meta t-tfal jibdew jisimgħu lill-ġenituri jiġġieldu, kemm qabel is-separazzjoni, fis-separazzjoni u wara meta jibda jingħad diskors dispreġġattiv quddiem it-tfal fil-konfront tal-konjuġi l-ieħor. Meta l-ġenituri jkissru lil xulxin b'dan il-mod, l-impressjoni tat-tfal fuq il-figuri tal-omm u l-missier tiġi mċajpra. Huma ma jibqgħux jemmnu fihom u jkollhom problemi saħansitra sabiex jesprimu l-valuri tal-imħabba u r-rispett. Dan huwa ta' ħsara kbira fuq is-saħħa fiżika, psikoloġika u emozzjonali tat-tfal, partikolarment meta jaslu okkażjonijiet aktar ‘il quddiem f'ħajjithom fejn il-preżenza tal-ġenituri hija indispensabbli – bħal tieġ.
Għaldaqstant f'separazzjoni huwa importanti li l-aċċess għat-tfal jiġi eżerċitat mill-ġenituri b'mod ugwali, titwarrab ir-rabja, l-għira u l-egoiżmu u jinżamm l-interess tat-tfal bħala prijorità ewlenija. Il-ġenituri m'għandhomx jieħdu interess biss fuq kif ser tinqasam il-proprjetà u l-assi. Ma rridux inħallu li l-missier jiġi ġenitur invisibbli, u allura f'separazzjoni jrid jintsab kompromess sabiex il-ħin tal-missier mat-tfal ma jkunx ristrett u limitat.
Riċerka internazzjonali turi b'mod xjentifiku li n-nuqqas tal-missier fil-familji iwassal għal aktar faqar, tfal li jġibu riżultati ħżiena fl-iskola, problemi ta' saħħa mentali fit-tfal, abbuż sesswali, rata ta' teenage pregnancy ogħla, kriminalità u abbuż mid-droga. L-espert qal lill-Kumitat li t-tifrik tal-familji huwa l-akbar kaġun ta' problemi fis-soċjetà. Peress li Malta għad m'għandniex riċerka biżżejjed fuq is-suġġett, minn riċerka li saret fl-Istati Uniti jista' jingħad li 70% taż-żgħażagħ f'istituzzjonijiet ta' riforma ġejjin minn familji ta' ġenitur wieħed; u 72% tal-qattiela u 60% tar- rapists trabbew mingħajr missier.
Huwa abbuż psikoloġiku meta t-tfal jinqabdu fil-morsa tas-separazzjoni bejn iż-żewġ ġenituri? Huwa ġustifikabbli li l-uġieħ li jgħaddu minnhom il-ġenituri fis-separazzjoni jissarraf f'abbuż psikoloġiku direttament u indirettament? Il-liġi Maltija tas-separazzjoni tagħraf tieħu ħsieb id-diviżjoni tal-assi u proprjetà imma qed tonqos milli tieħu ħsieb l-interessi tat-tfal, għaliex dawn qed jiġu smati bħala proprjetà tal-ġenituri u mhux bħala bnedmin. Dwar il-ħin li l-ġenituri kemm miżżewġa u anki separati, għandhom iqattgħu mat-tfal: huwa evidenti l-fatt li ġenituri separati jqattgħu anqas ħin mat-tfal. F'Malta m'għandniex riċerka li tindika kemm il-ġenituri qed iqattgħu ħin mat-tfal, imma minn riċerka li saret kemm fl-Istati Uniti u anke fl-Ewropa fid-disgħijnijiet, il-ġenituri qattgħu 40% anqas ħin minn kemm kienu jqattgħu fil-ġenerazzjoni ta' qabilhom. |
![]() |
Is-soċjetà għandha ċertu sterjotipi, bħal per eżempju, l-kritika li l-missier iqatta' anqas ħin mat-tfal. L-espert li tkellem mal-Kumitat flimkien mal-Membri tal-Kumitat, qablu li dan huwa żbaljat għaliex is-soċjetà trid tiggarantixxi strutturi li:
|
|
Madanakollu, ġie rakkomandat ukoll sabiex isir sforz ħalli koppji fi kriżi jew f'separazzjoni jingħataw is-sapport kollu neċessarju ħalli:
- jifhmu x'inhuma l-konsegwenzi tas-separazzjoni fuq it-tfal;
- terapija tal-koppja u tal-familja (qabel dik legali) li twassal f'medjazzoni; u
- aktar għajnuna lill-membri tal-familja bħal nanniet li minħabba s-separazzjoni tat-tfal, jibdew jikkontribwixxu għat-trobbija tan-neputijiet.
Lanqas 40 sena terapija ma jistgħu jfejqu l-effetti tad-divorzju fuq it-tfal. F'Malta qed jiġi innutat ukoll li aktar nisa saru jkunu lesti jirrinuċjaw għall-kustodja tat-tfal minħabba karriera. Is-Sinj Carmen Żammit, Kummissarju għat-Tfal, reġgħet spjegat lill-Kumitat kif l-akbar preokkupazzjoni tal-Uffiċċju tagħha huma l-kawżi fil-Qrati li jinvolvu t-tfal. In-numru ta' ilmenti ta' tfal li jkollhom il-ġenituri qed jisseparaw u li tpoġġew għall-attenzjoni tal-Uffiċċju tagħha, huwa kbir. Il-Kummissarju spjegat kif l-impatt psikoloġiku, emozzjonali u soċjali negattiv tas-separazzjoni fuq it-tfal huwa ta' tħassib kbir. It-tfal għandhom jingħataw vuċi fil-Qorti.
Barra minn hekk, ix-xewqat tagħhom għandhom jingħataw l-importanza li tistħoqqilhom, fuq kollox meta jittieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw l-interessi u l-ġid preżenti u futuri tagħhom. Hija saħqet li l-impjieg ta' żewġ avukati tat-tfal part-time kien pass tajjeb ‘il quddiem, iżda quddiem ir-realtà ta' numru ta' separazzjonijiet dejjem jiżdiedu, dan mhux biżżejjed. Is-Sinj Żammit appellat għal introduzzjoni ta' guardian et litem , fejn ikunu impjegati professjonisti, anki fuq livell volontarju, sabiex jassistu lit-tfal u jkunu kapaċi jinterpretaw ix-xewqat tat-tfal tul il-proċess tas-separazzjoni kollu.
Meħuda mill-Istqarrija ghall-Istampa tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (DOI) – 22.01.2009




