Donazzjonijiet
Donations and Bequests
         

 !  Qed taħseb li tagħmel donazzjoni?

Insellmulek. Napprezzaw li żort din il-paġna - grazzi!.

Hello! Thank you for visiting this page. If you cannot read Maltese please send an email message to the CEO or to the chairperson of the Board here.


Jekk jinteressak tagħmel offerta lill-Fondazjoni Santa Giovanna Antida (St Jeanne Antide Foundation), nirringrazzjawk minn qabel tal-ħsieb. Napprezzaw ħafna jekk taghti flus, jew oġġetti darba biss jew kultant. Tista' tagħti xi ħaġa b'mod regolari permezz tal-bank tiegħek. Napprezzaw ħafna ukoll jekk tixtieq tħalli propjetà jew flus lill-Fondazzjoni fit-testment tiegħek.

Trid tkellem lil xi ħadd dwar id-donazzjoni li tixtieq tagmel? Nissuġġerulek li tkellem lill-Kap Eżekuttiv (CEO), Ms Nora Macelli. Jew inkella lill president tal-Bord tal-Fondazjoni, li hija Sister Salvina Bezzina, soru tal-Karità.. Sr Salvina hija wkoll il-Madre Superjuri tal-provinċja, jiġifieri kap tas-Sortijiet tal-Karita' tà Malta kollha. Lil dawn iż-żewġ persuni, tista' tibgħatilhom email paġna "Contact Us" - tista' tikklikkja hawn.

Jekk tippreferi iċċempel, tista' tuża dan-numru: 2180 9011 u staqsi għall-Mrs Nora Macelli; jew dan in-numru 2169 5211 u staqsi għal Sister Salvina Bezzina jew "il-Madre".

Jekk trid tagħmel xi donazzjoni mil-kont tiegħek tal-Naka, ta' darba jew rikorrenti, ibagħtilna email jew ċempel halli nibagħtulek in-numru tal-kont tal-bank tal-Foundation

Jekk beħsiebek tagħti xi għamara, apparat tal-uffiċċju, jew oġġetti oħra, forsi aħjar iċċempel ħalli tkun taf x'għandna bżonn.

Jekk trid, għaddi saċ-Centru Antida 51 Tarxien Road, Tarxien TXN 1090 Malta. Dan jinsab ħdejn il-kunvent u l-iskola tas-Sorijiet tal-Karità.

Grazzi!...


Avviż dwar uħud mill-ħtiġijiet:

Għandna bżonn:

PABX (telephone exchange għall-ufficcju) li jiehu mill-inqas 2 linji għall-barra u 10 estensjonijiet interni.

 !   

Id-donazzjoni tiegħek:

Għal kull donazzjoni li nirċievu minn għandek, niggarantulek li:

(a) nagħtuk ircevuta kif suppost

(b) nirrekordjaw l-ammont kollu fil-kotba tal-kontijiet

(c) nużawha biss għall-iskopijiet tal-Fondazzjoni (l-iskopijiet tarahom hawn) , b'mod risponsabbli.

(d) jekk tkun tajt id-donazzjoni għal skop partikolari biss, dan niktbuh u nirrispettawh.


Legalitajiet

Il-Fondazzjoni Santa Ġiovanna Antida hija maħluqa b'att notarili, għandha personalità legali, u għanda l-jedd li tirċievi donazzjonijiet. Hija maħluqa bħala organizzazzjoni mhux għall-qligħ (non-profit), u irreġistratamal-Kummissarju tal-Għaqdiet u mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni ukoll bħala bħala organizzazzjoni mhux għall-qligħ (non-profit).

 


©2001 Lorem Ipsum Dolor Sic AmetConsectetur LorumIpsumDolorSic AmetConsectetur