| Volunteering with the St Jeanne Antide Foundation |
|
A volunteer is someone who is motivated to work for a meaningful cause with a group or with an organisation within the context of a local community or at national level. SJAF volunteers are motivated to grow spiritually and as persons through being of service to other persons and families in difficulty. They serve through one or more of the services and programmes on offer. Volunteering enriches one's life and that of others. |
|
Niżżel Powerpoint dwar il-VOLONTARJAT mas-SJAF
Jew ikklikkja fuq l-istampa:
SJAF Foundation Volunteers in 2010
In total, 75 volunteers provided a service during 2010. The highest number (48%) were Tutors working within the Learning Support Service – the Homework Support Service, Bridge Programme Basic Skills Tutors, Summer Creative Self-Expression Course and Mentoring. During the year, 25 volunteers discontinued their involvement; 12 of these were young Learning Support Tutors who discontinued for two main reasons: pressure of full-time studies (8) and conclusion of their summer voluntary experience (4).
Of the 75 volunteers, 3 worked between 15 to 25 hours a week on a regular basis, 2 worked 8 hours a week, 12 of the Receptionists worked a weekly 4 hour roster, 4 Learning Support Tutors worked 8 hours a week during the summer months of July to September, while 54 provided between 2 to 3 hours of service a week.
Download the full report with various tables of figures. (PDF)
NEĦTIEĠU VOLUNTIERI
Il-volontarjat huwa grazzja li tgħinna niċkienu u nitqarrbu lejn il-qdusija. Uħud mill-effetti fuqna ta’ ħidma volontarja huma:
- Li nsiru persuni aktar hienja
- Niksbu wens minnu anke fi żmien ta’ kriżi
- Nagħmlu ħbieb dejjiema
- Niksbu tifsira fil-ħajja li ma niksbuhiex minn oġġetti u flus
- Inħossuna aktar b’saħħitna u nħarsu lejn il-ħajja b’attitudni aktar pożittiva
- Tgħinna noħorġu minna nfusna u nħarsu lejn il-bżonnijiet ta’ ħaddieħor
- Tgħinna naqsmu minn dak li għandna ma’ ħaddieħor
- Tgħinna nitgħallmu dwarna nfusna u l-qawwiet u d-dgħufijiet tagħna
- Ikollna l-opportunità li nirriflettu dwar il-ħajja
- Tkattrilna u ssaħħilna l-valuri
- Tgħinna nħobbu lill-għajrna
- Tgħinna ngħixu l-fidi tagħna b’mod ħaj.
B’mod aktar wiesa’, il-volontarjat joħloq soċjetà li jimpurtaha mill-membri tagħha li qed jiffaċċjaw sfidi kbar fil-ħajja. Jgħin biex tinħoloq soċjetà b’saħħitha, anqas materjalista, anqas egoista, aktar altruista. L-għaqdiet volontarji jipprovdu taħriġ għall-voluntieri; għaldaqstant, il-volontarjat hu mezz kif wieħed jibqa’ jitgħallem tul il-ħajja. Ħafna riċerki jaqblu li l-volontarjat iħalli effetti pożittivi għall-aħħar fuq is-saħħa u s-saħħa mentali tal-bniedem u ssaħħaħ l-funzjoni tal-moħħ b’mod li tipproteġieh.
Aqleb il-paġna għal lista ta’ opportunitajiet għal volontarjat magħna
Affiliations: Mental Health Association; Anti-Poverty Forum; SKOP (Solidarjetá u Koperazzjoni); Malta Health Network.
TIP TA’ VOLONTARJAT LI NEĦTIEĠU
(anke fis-sajf)
- Mexxejja ta’ Live-Ins għal-żgħażagħ żvantaġġjati u esklużi
- Learning Support (one-to-one): appoġġ għal tfal biex jagħmlu l-homework
- Mentoring għal żgħażagħ b’mard mentali u mild cognitive impairments (inkluż ħruġ għax ħadd ma jaċċettahom)
- Maniġġjar tal-Facebook tal-Fondazzjoni
- Akkumpanjar ta’ nies fid-diffikultà għand dipartimenti tal-gvern, sptar, eċċ.
- Trasport (familja biex iżżur membru f’residenza; ġarr ta’ għamara)
- Xogħol manwali għand familji foqra
- Traduzzjoni mill-Malti għall-Ingliż u viċi versa
- Riċerka
- Kompilation ta’ direttorju ta’ servizzi
- Attivitajiet ta’ Fundraising (neħtieġu fondi biex inkomplu noffru appoġġ professjonali bla ħlas lil familji vulnerabbli li jiffaċċjaw numru ta’ diffikultajiet)
Code of Practice for SJAF Volunteers
All volunteers with the St Jeanne Antide Foundation are expected to act in accordance with this Code of Practice. This code protects and promotes the interests of service users and carers. It also supports volunteers themselves by explaining expected behaviour and boundaries to be maintained.
What is the Code?
The code of practice is a list of statements that describe standards of conduct and practice required of social care volunteers as they go about their daily social support work in the community.
The following is a SUMMARY
STANDARD 1: Protect the rights and promote the interests of service users and carers.
STANDARD 2: Establish and maintain trust and confidence.
STANDARD 3: Promote independence.
STANDARD 4: Respect the rights of service users while seeking to ensure that their behaviour does not harm themselves or other persons.
STANDARD 6: Be accountable for the quality of the support you provide
Please download the whole article in English here, and in Maltese here..
POLITIKA GĦALL-VOLONTARJAT SOĊJALI FI ĦDAN IL- FONDAZZJONI
Standards (Kodiċi ta’ Prattika) għal Voluntiera
Dan id-dokument tista tniżżlu minn hawn bħala fajl PDF:
Il-voluntiera kollha tal-Fondazzjoni St Jeanne Antide huma mistennija li jaġixxu skont dan il-Kodiċi ta’ Prattika. Dan il-kodiċi jipproteġi u jippromwovi l-interessi ta’ dawk li jużaw is-servizzi tal-Fondazzjoni u tal-familjari tagħhom. Jagħti wkoll appoġġ lill-voluntiera nfushom billi jispjega l-imġiba mistennija u l-parametri li jridu jinżammu.
X’inhu l-Kodiċi?
Il-kodiċi ta’ prattika hu lista ta’ dikjarazzjonijiet li jiddeskrivu standards ta’ kondotta u prattika li voluntiera fil-qasam tal-kura soċjali jridu jħaddmu waqt il-ħidma ta’ appoġġ socjali li jagħtu kull jum fil-komunità.
STANDARD 1: Ħares id-drittijiet u ppromwovi l-interessi ta’ dawk li jużaw is-servizz u tal-familjari tagħhom.
Dan ifisser li int mistenni jew mistennija li:
1. Tittratta lil kull persuna bħala individwu;
2. Tirrispetta l-fehmiet u x-xewqat tal-individwu;
3. Tagħti appoġġ lid-drittijiet ta’ dawk li jużaw is-servizz ħalli huma jikkontrollaw ħajjithom u jkunu kapaċi jagħmlu għażliet infurmati;
4. Tirrispetta u ssostni d-dinjità u l-privatezza ta’ dawk li jużaw is-servizz;
5. Tippromwovi opportunitajiet ugwali;
6. Tirrispetta d-diversità.
STANDARD 2: Stabbilixxi u sostni l-fiduċja.
Dan ifisser li int mistenni jew mistennija li:
1. Tkun onest/onesta u li tista’ tkun fdat jew fdata;
2. Tikkomunika b’mod miftuħ, onest u b’mod dirett;
3. Tirrispetta l-konfidenzjalità;
4. Tispjega b’mod ċar il-politika tal-organizzazzjoni dwar il-konfidenzjalità lil dawk li jużaw is-servizz u lill-familjari tagħhom;
5. Tkun ta’ min joqgħod fuqek;
6. Taġixxi f’konformità mal-linji ta’ politika u mal-proċeduri tal-organizzazzjoni;
7. Tiddikjara bil-miftuħ kwistjonijiet li jistgħu joħolqu konflitti ta’ interess u tiżgura li dawn ma jinfluwenzawx il-ġudizzju jew il-prattika tiegħek;
8. Issegwi l-linji ta’ politika u l-proċeduri tal-organizzazzjoni dwar l-aċċettazzjoni ta’ rigali u flus mingħand dawk li jużaw is-servizz u tal-familjari tagħhom;
9. Tunura l-impenji, ftehim u arranġamenti tiegħek u, meta mhux possibbli li tagħmel dan, tispjega għaliex.
SJA FOUNDATION
Ċentru Antida
51, Tarxien Road
Tarxien TXN1090
Tel. 2767 2367/21808981
Email: miriam.sjaf@gmail.com
REG. NO. VO/0005/4th May 2008
www.antidemalta.com
STANDARD 3: Ippromwovi l-indipendenza.
Dan ifisser li int mistenni jew mistennija li:
1. Tgħin lil dawk li jużaw is-servizz biex jifhmu u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom;
2. Tgħin lil dawk li jużaw is-servizz jiċċalinġjaw u jirrappurtaw imġiba u prattika perikoluża, abużiva u diskriminatorja;
3. Tispjega kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà;
4. Tgħin lil dawk li jużaw is-servizz u lill-familjari tagħhom biex jagħmlu lmenti, kummenti u kumplimenti.
STANDARD 4: Irrispetta d-drittijiet ta’ dawk li jużaw is-servizz filwaqt li tfittex li tiżgura li l-imġiba tagħhom ma tagħmilx ħsara la lilhom u lanqas lil persuni oħrajn.
Dan ifisser li int mistenni jew mistennija li:
1. Issegwi l-valutazzjonijiet tar-riskji li jkunu fis-seħħ;
2. Tieħu l-passi neċessarji li tnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ dawk li jużaw is-servizz li jikkaġunaw ħsara lilhom infushom jew lil persuni oħrajn;
3. Tinforma persuni oħrajn b’bidliet li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa u s-sigurtà ta’ dawk li jużaw is-servizz.
STANDARD 5: Sostni l-fiduċja pubblika fis-servizzi tal-kura soċjali.
Dan ifisser li INT M’GĦANDEKX:
1. Tabbuża, tesplojta, titlaq għal rashom jew tagħmel ħsara lil dawk li jużaw is-servizz, lill-familjari tagħhom jew lill-impjegati;
2. Tabbuża mill-fiduċja ta’ dawk li jużaw is-servizz u tal-familjari tagħhom jew mill-aċċess li inti għandek għal informazzjoni personali dwarhom jew għall-propjetà tagħhom;
3. Tidħol f’relazzjonijiet personali mhux xierqa ma’ dawk li jużaw is-servizz;
4. Tiddiskrima jew tiskuża d-diskriminazzjoni;
5. Tqiegħed lilek innifsek jew persuni oħrajn f’riskju bla bżonn.
STANDARD 6: Kun lest jew lesta li tagħti kont għall-kwalità tal-appoġġ li tagħti.
Dan ifisser li int mistenni jew mistennija li:
1. Tinforma lill-koordinatur tiegħek b’kull diffikultà li tista’ tolqot il-kapaċità tiegħek li taqdi l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tiegħek bħala voluntier;
2. Tieħu t-taħriġ rilevanti biex iżżomm u ttejjeb l-għarfien u l-ħiliet;
3. Tkun ta’ min joqgħod fuqek u tkun lest jew lesta li timpenja ruħek biss sa dak li tista’ tagħti;
4. Tinforma lill-koordinatur tiegħek fi żmien biżżejjed qabel jekk ma tkunx tista’ tattendi laqgħa ta’ servizz jew taħriġ;
5. Tasal 10 minuti qabel il-ħin miftiehem;
6. Tilbes ilbies xieraq għall-attività tiegħek;
7. Tkun entużjasta;
8. Tuża lingwaġġ xieraq.
Dan id-dokument tista' tniżżlu hawn bil-Malti, u hawn bl-Ingliż.
![]() |
Read more about numbers of Volunteers in 2010. (PDF file)
|
|
Volunteering poster for Foundation:
|
May we tempt you?? |
|